Become A Stockist - Malta

Merħba! Grazzi tal-interess tiegħek biex tibda tistokkja ż-żebgħa Frenchic. Minkejja li l-kumpanija ilha biss 5 snin, it-tkabbir kien fenomenali b’iktar minn 500 ħanut f’erba’ kontinenti jaħżnu ż-żebgħa tagħna. Il-fenomenu tal-Frenchic ħa lid-dinja taċ-chalk paint għal għarrieda u ż-żebgħa hi maħbuba kemm mid-disinjaturi professjonali kif ukoll mid-dilettanti li huma konxji mill-ambjent. U int ukoll tista’ tifforma parti mill-familja Frenchic fejn iż-żebgħa ma tibqax biss oġġett ieħor mibjugħ fil-ħanut imma ssir parti integrali tad-dħul finanzjarju tiegħek, tgħin biex jiżdiedu l-klijenti u tpoġġi n-negozju tiegħek fuq il-mappa. Kemm jekk għandek ħanut ġdid jew wieħed stabbilit, se jibbenefika mill-għarfien li jgawdi fost in-nies l-isem Frenchic u l-pubbliċità qawwija li ssir fil-midja. Iktar minn hekk aħna wkoll kumpanija innovattiva, u l-prodotti tagħna tant hemm talba għalihom li qatt mhu se nħallukom bl-istokk wieqaf fuq l-ixkaffef. Aħna rridu lilek tal-ħanut, tkun suċċess!

Jekk għandek ħanut jew xi vetrina fi ħwienet oħra, nixtiequ nibagħtulek kampjuni taż-żebgħa u l-prodotti tagħna u nkellmuk fid-dettal dwar għaliex sħubija mal-Frenchic tista’ tkun deċiżjoni fantastika għan-negozju tiegħek!

Biex tibda, imla d-dettalji tiegħek hawn taħt.
Dejjem tiegħek,
Pam Gruhn – Fundatur u sid tal-Frenchic Furniture Paint